EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0551

Kawża C-551/22 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno y SFL vs SRB

ĠU C 389, 10.10.2022, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/9


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno y SFL vs SRB

(Kawża C-551/22 P)

(2022/C 389/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Triantafyllou, A. Nijenhuis, P. Němečková u A. Steiblytė, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno, Stiftung für Forschung und Lehre (SFL), Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Ir-Renju ta’ Spanja, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Banco Santander, S.A.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1)

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022, fil-kawża Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno y SFL – Stiftung für Forschung und Lehre (SFL) vs Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (T-481/17, EU:T:2022:311), sa fejn il-Qorti Ġenerali fiha ddikjarat l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament fl-ewwel istanza;

2)

Tiddikjara li r-rikors għal annullament ippreżentat fil-Kawża T-481/17 fl-ewwel istanza inammissibbli, u, konsegwentement, tiċħdu fit-totalità tiegħu; u

3)

Tikkundanna lill-Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno y SFL, Stiftung für Forschung und Lehre (SFL) (rikorrenti fl-ewwel istanza) għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni kemm fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll fil-proċedura preżenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka tliet aggravji u tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 263(4) TFUE u tal-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), f’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni bħala att li jista jiġi kkontestat (l-ewwel aggravju)

żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 263(4) TFUE u ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda l-ommissjoni li r-rikors għal annullament jiġi indirizzat kontra l-awtriċi tal-att finali legalment vinkolanti (it-tieni aggravju), u,

motivazzjoni kontradittorja tas-sentenza appellat, li tirriżulta mid-deċiżjoni, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, li r-rikors għal annullament tal-iskema ta’ riżoluzzjoni kkontestata huwa ammissibbli, filwaqt li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-imsemmija skema ta’ riżoluzzjoni tidħol fis-seħħ u tipproduċi effetti legali vinkolanti biss permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (it-tielet aggravju).


(1)  ĠU 2014, L 225, p. 1.


Top