Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0336

    Kawża C-336/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2022 – f6 Cigarettenfabrik GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Bielefeld

    ĠU C 318, 22.8.2022, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 318/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2022 – f6 Cigarettenfabrik GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Bielefeld

    (Kawża C-336/22)

    (2022/C 318/40)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: f6 Cigarettenfabrik GmbH & Co. KG

    Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/475 tat-18 ta’ Frar 2019 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE rigward l-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta’ Campione d’Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta’ Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni u fl-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2008/118/KE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru dwar il-ġbir ta’ taxxa fuq it-tabakk fir-rigward ta’ tabakk imsaħħan li tipprovdi li, għall-kalkolu tat-taxxa, minbarra r-rata tat-taxxa fuq it-tabakk tal-pipa, tiġi imposta taxxa addizzjonali ta’ 80 % tal-ammont tat-taxxa fuq is-sigaretti bi tnaqqis tal-ammont tat-taxxa fuq it-tabakk tal-pipa?

    2)

    Fil-każ li fih it-taxxa addizzjonali fuq it-tabakk imsaħħan ma tikkostitwixxix taxxa indiretta oħra imposta għal finijiet speċifiċi fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/118: l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru dwar il-ġbir ta’ taxxa fuq it-tabakk fir-rigward ta’ tabakk imsaħħan li tipprovdi li, għall-kalkolu tat-taxxa, minbarra r-rata tat-taxxa fuq it-tabakk tal-pipa, tiġi imposta taxxa addizzjonali ta’ 80 % tal-ammont tat-taxxa fuq is-sigaretti bi tnaqqis tal-ammont tat-taxxa fuq it-tabakk tal-pipa?

    3)

    Fil-każ li fih it-taxxa adizzjonali fuq it-tabakk imsaħħan ma tikkostitwixxix taxxa indiretta oħra imposta għal finijiet speċifiċi fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/118: il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(1) u l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/64, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru dwar il-ġbir ta’ taxxa fuq it-tabakk fir-rigward ta’ tabakk imsaħħan li tipprovdi li, għall-kalkolu tat-taxxa, din tal-aħħar għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ rata tat-taxxa ad valorem kif ukoll ta’ rata tat-taxxa speċifika skont il-piż u n-numru ta’ unitajiet ta’ rombli tat-tabakk?

    (1)  ĠU 2009 L 9, p. 12

    (2)  ĠU 2019 L 83, p. 42

    (3)  ĠU 2011, L 176, p. 24


    Top