EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0264

Kawża C-264/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fl-20 ta’ April 2022 – Fonds de Garantie des Victimes des Actes de Terrorisme et d’Autres Infractions (FGTI) vs Victoria Seguros S.A.

ĠU C 284, 25.7.2022, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fl-20 ta’ April 2022 – Fonds de Garantie des Victimes des Actes de Terrorisme et d’Autres Infractions (FGTI) vs Victoria Seguros S.A.

(Kawża C-264/22)

(2022/C 284/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fonds de Garantie des Victimes des Actes de Terrorisme et d’Autres Infractions (FGTI)

Konvenut: Victoria Seguros S.A.

Domanda preliminari

Il-liġi applikabbli għar-regoli ta’ preskrizzjoni tad-dritt għal kumpens hija dik tal-post fejn seħħ l-inċident (il-liġi Portugiża), flimkien mal-Artikolu 4(1) u mal-Artikolu 15(h) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (1); jew, fis-sitwazzjoni ta’ surroga fid-drittijiet tal-persuna leża, hija applikabbli l-“liġi tal-persuna terza” ssurrogata (il-liġi Franċiża), fid-dawl tal-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament “Ruma II”?


(1)  ĠU 2007, L 199, p. 40.


Top