EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0128
Case C-128/22: Request for a preliminary ruling from the Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (Belgium) lodged on 23 February 2022 — NORDIC INFO v Belgische Staat
Kawża C-128/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fit-23 ta’ Frar 2022 – NORDIC INFO vs Belgische Staat
Kawża C-128/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fit-23 ta’ Frar 2022 – NORDIC INFO vs Belgische Staat
ĠU C 213, 30.5.2022, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 213, 30.5.2022, p. 24–25
(GA)
30.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fit-23 ta’ Frar 2022 – NORDIC INFO vs Belgische Staat
(Kawża C-128/22)
(2022/C 213/36)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NORDIC INFO
Konvenut: Belgische Staat
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 2, 4, 5, 27 u 29 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), li jimplimentaw l-Artikoli 20 u 21 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru (f’dan il-każ, li tirriżulta mill-Artikoli 18 u 22 tad-Digriet Ministerjali tat-30 ta’ Ġunju 2020 dwar miżuri ta’ urġenza sabiex jiġi limitat it-tixrid tal-coronavirus COVID-19, wara emenda permezz tal-Artikoli 3 u 5, rispettivament, tad-Digriet Ministerjali tal-10 ta’ Lulju 2020) li, permezz ta’ miżura ġenerali?
|
2) |
L-Artikoli 1, 3 u 22 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru (f’dan il-każ, l-Artikoli 18 u 22 tad-Digriet Ministerjali tat-30 ta’ Ġunju 2020 dwar miżuri ta’ urġenza sabiex jiġi limitat it-tixrid tal-coronavirus COVID-19 (wara emenda permezz tal-Artikoli 3 u 5, rispettivament, tad-Digriet Ministerjali tal-10 ta’ Lulju 2020) li timponi projbizzjoni ta’ ħruġ għal ivvjaġġar mhux essenzjali bi tluq mill-Belġju lejn pajjiżi tal-Unjoni u taż-żona Schengen kif ukoll projbizzjoni ta’ dħul fil-Belġju minn dawn il-pajjiżi, projbizzjonijiet li mhux biss jistgħu jiġu kkontrollati u ssanzjonati, iżda wkoll eżegwiti ex officio mill-Ministru, mis-sindku, u mill-kmandant tal-pulizija? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.
(2) Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU 2006, L 105, p. 32).