Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0097

    Kawża C-97/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2022 – DC vs HJ

    ĠU C 165, 19.4.2022, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 165, 19.4.2022, p. 28–28 (GA)

    19.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/33


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2022 – DC vs HJ

    (Kawża C-97/22)

    (2022/C 165/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Essen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: DC

    Konvenut: HJ

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li l-klijent jirtira l-espressjoni ta’ intenzjoni tiegħu għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni, konkluż lil hinn mill-post tan-negozju, biss wara li l-imprenditur ikun diġà pprovda (kompletament) is-servizzi tiegħu, din id-dispożizzjoni teskludi kwalunkwe dritt għal dannu kumpensatorju, anki jekk ma jkunux issodisfatti l-kriterji għal dannu kumpensatorju tal-valur skont id-dispożizzjonijiet dwar il-konsegwenzi legali tal-irtirar, iżda li l-klijent ikun ibbenefika minn titjib tal-patrimonju tiegħu minħabba s-servizzi ta’ kostruzzjoni tal-imprenditur, jiġifieri l-klijent ġie arrikkit?


    (1)  ĠU 2011, L 304, p. 64.


    Top