Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0662

    Kawżi magħquda C-662/22 u C-667/22, Airbnb Ireland et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Airbnb Ireland UC (C-662/22), Amazon Services Europe Sàrl (C-667/22) vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Fornituri ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni – Obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-operaturi ta’ komunikazzjoni – Obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni fuq l-istruttura u l-organizzazzjoni – Obbligu li titħallas kontribuzzjoni finanzjarja – Direttiva 2000/31/KE – Qasam ikkoordinat – Prinċipju ta’ kontroll fl-Istat Membru ta’ oriġini – Derogi – Kunċett ta’ miżuri meħuda fil-konfront ta’ servizz partikolari tas-soċjetà tal-informazzjoni – Regolament (UE) 2019/1150 – Għan)

    ĠU C, C/2024/4292, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4292/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4292/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4292

    15.7.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Airbnb Ireland UC (C-662/22), Amazon Services Europe Sàrl (C-667/22) vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

    (Kawżi magħquda C-662/22 u C-667/22, Airbnb Ireland et)  (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Fornituri ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni - Obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-operaturi ta’ komunikazzjoni - Obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni fuq l-istruttura u l-organizzazzjoni - Obbligu li titħallas kontribuzzjoni finanzjarja - Direttiva 2000/31/KE - Qasam ikkoordinat - Prinċipju ta’ kontroll fl-Istat Membru ta’ oriġini - Derogi - Kunċett ta’ ‘miżuri meħuda fil-konfront ta’ servizz partikolari tas-soċjetà tal-informazzjoni’ - Regolament (UE) 2019/1150 - Għan)

    (C/2024/4292)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Airbnb Ireland UC (C-662/22), Amazon Services Europe Sàrl (C-667/22)

    Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku),

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi miżuri adottati minn Stat Membru, bl-għan iddikjarat li tiġi żgurata l-applikazzjoni adegwata u effettiva tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, li abbażi tagħhom, taħt piena ta’ sanzjonijiet, il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, stabbiliti fi Stat Membru ieħor, huma suġġetti, sabiex jipprovdu s-servizzi tagħhom fl-ewwel Stat Membru, għall-obbligu li jirreġistraw ruħhom f’reġistru miżmum minn awtorità ta’ dan l-Istat Membru, għall-obbligu li jikkomunikawlha sensiela ta’ informazzjoni ddettaljata dwar l-organizzazzjoni tagħhom kif ukoll għal dak li jħallsuha kontribuzzjoni finanzjarja.


    (1)   ĠU C 63, 20.2.2023.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4292/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top