EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0358

Kawża C-358/22, Bolloré logistics: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Bolloré logistics SA vs Direction interrégionale des douanes et droits indirects de Caen, Recette régionale des douanes et droits indirects de Caen, Bolloré Ports de Cherbourg SAS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni Doganali – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 195 – Artikolu 217(1) – Artikolu 221(1) – Tariffa doganali komuni – Obbligi tal-garanti tad-debitur ta’ dejn doganali – Modalitajiet ta’ komunikazzjoni tad-dejn doganali – Dazji li jikkorrispondu għal dan id-dejn ma ġewx ikkomunikati regolarment lid-debitur tad-dejn – Eżiġibbiltà tad-dejn doganali mingħand il-garanti in solidum)

ĠU C 164, 8.5.2023, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Bolloré logistics SA vs Direction interrégionale des douanes et droits indirects de Caen, Recette régionale des douanes et droits indirects de Caen, Bolloré Ports de Cherbourg SAS

(Kawża C-358/22 (1), Bolloré logistics)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 195 - Artikolu 217(1) - Artikolu 221(1) - Tariffa doganali komuni - Obbligi tal-garanti tad-debitur ta’ dejn doganali - Modalitajiet ta’ komunikazzjoni tad-dejn doganali - Dazji li jikkorrispondu għal dan id-dejn ma ġewx ikkomunikati regolarment lid-debitur tad-dejn - Eżiġibbiltà tad-dejn doganali mingħand il-garanti in solidum)

(2023/C 164/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bolloré logistics SA

Konvenut: Direction interrégionale des douanes et droits indirects de Caen, Recette régionale des douanes et droits indirects de Caen, Bolloré Ports de Cherbourg SAS

Dispożittiv

L-Artikolu 195, l-Artikolu 217(1) u l-Artikolu 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jeżiġu l-ħlas ta’ dejn doganali mingħand il-garanti msemmi fl-Artikolu 195 sakemm l-ammont tad-dazji ma jkunx ġie kkomunikat lid-debitur b’mod regolari.


(1)  ĠU C 340, 5.9.2022.


Top