Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0299

Kawża C-299/22 , Tez Tour: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Frar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas - il-Litwanja) – M. D. vs UAB “Tez Tour” (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Vjaġġi kollox kompriż u servizzi tal-ivvjaġġar marbuta – Direttiva (UE) 2015/2302 – Artikolu 12(2) – Dritt għal vjaġġatur li jxolji kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż mingħajr ma jħallas spejjeż tax-xoljiment – Ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji – Tixrid tal-COVID-19 – Assenza ta’ rakkomandazzjoni uffiċjali intiża sabiex tagħti parir kontra l-ivvjaġġar – Kunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi personali relatati mas-sitwazzjoni individwali tal-vjaġġatur ikkonċernat – Konsegwenzi sinjifikattivi fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt kollox kompriż jew fuq it-trasport tal-passiġġieri lejn il-post tad-destinazzjoni – Ċirkustanzi eżistenti jew prevedibbli fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż ikkonċernat – Possibbiltà li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi li jseħħu fil-post tat-tluq jew tar-ritorn kif ukoll f’postijiet oħra)

ĠU C, C/2024/2568, 22.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2568/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2568/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2568

22.4.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Frar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas - il-Litwanja) – M. D. vs UAB “Tez Tour”

(Kawża C-299/22  (1) , Tez Tour)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Vjaġġi kollox kompriż u servizzi tal-ivvjaġġar marbuta - Direttiva (UE) 2015/2302 - Artikolu 12(2) - Dritt għal vjaġġatur li jxolji kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż mingħajr ma jħallas spejjeż tax-xoljiment - Ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji - Tixrid tal-COVID-19 - Assenza ta’ rakkomandazzjoni uffiċjali intiża sabiex tagħti parir kontra l-ivvjaġġar - Kunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi personali relatati mas-sitwazzjoni individwali tal-vjaġġatur ikkonċernat - Konsegwenzi sinjifikattivi fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt kollox kompriż jew fuq it-trasport tal-passiġġieri lejn il-post tad-destinazzjoni - Ċirkustanzi eżistenti jew prevedibbli fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż ikkonċernat - Possibbiltà li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi li jseħħu fil-post tat-tluq jew tar-ritorn kif ukoll f’postijiet oħra)

(C/2024/2568)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. D.

Konvenut: UAB “Tez Tour”

fil-preżenza ta’: “Fridmis” AB

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, moqri fid-dawl tal-punt 12 tal-Artikolu 3 tagħha,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-konstatazzjoni tal-okkorrenza, fil-post tad-destinazzjoni ta’ vjaġġ jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu, ta’ “ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ma hijiex suġġetta għall-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ppubblikaw rakkomandazzjoni uffiċjali intiża li tagħti parir lill-vjaġġaturi sabiex ma jmorrux fiż-żona kkonċernata jew deċiżjoni uffiċjali li tikklassifika lil din iż-żona bħala “żona ta’ riskju”.

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2015/2302

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kunċett ta’ “ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji [...] li jaffettwaw sinifikament l-eżekuzzjoni tal-pakkett, jew li jaffettwaw b’mod sinifikanti t-trasport tal-passiġġieri lejn id-destinazzjoni” tal-vjaġġ ikkonċernat ikopri mhux biss ċirkustanzi li jirrendu impossibbli l-eżekuzzjoni ta’ dan il-vjaġġ kollox kompriż iżda wkoll ċirkustanzi li, mingħajr ma jipprekludu tali eżekuzzjoni, jimplikaw li l-eżekuzzjoni tal-imsemmi vjaġġ ma tkunx tista’ sseħħ mingħajr ma l-vjaġġaturi kkonċernati jiġu esposti għal riskji għas-saħħa u għas-sigurtà tagħhom, fid-dawl, jekk ikun il-każ, ta’ fatturi personali marbuta mas-sitwazzjoni individwali ta’ dawn il-vjaġġaturi. L-evalwazzjoni ta’ tali konsegwenzi għandha ssir billi titqies, fid-data tax-xoljiment tal-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż ikkonċernat, il-perspettiva ta’ vjaġġatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat.

3)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2015/2302

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sitwazzjoni li, fid-data tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż, kienet diġà magħrufa mill-vjaġġatur ikkonċernat jew kienet prevedibbli għalih, ma tistax tiġi invokata minn dan il-vjaġġatur bħala “ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bla ħsara madankollu għall-possibbiltà, fid-dawl tan-natura evoluttiva ta’ din is-sitwazzjoni, li l-imsemmija sitwazzjoni tkun għaddiet minn bidliet sinjifikattivi wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ natura li joħolqu sitwazzjoni ġdida, li tista’ tissodisfa bħala tali d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.

4)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2015/2302

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sabiex jiġi ddeterminat jekk ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji, li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu “jaffettwaw[x] sinifikament l-eżekuzzjoni tal-pakkett, jew [...] jaffettwaw[x] b’mod sinifikanti t-trasport tal-passiġġieri lejn id-destinazzjoni”, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-konsegwenzi li jseħħu fil-post tat-tluq kif ukoll fid-diversi postijiet marbuta mal-bidu u mar-ritorn tal-vjaġġ ikkonċernat, meta dawn jaffettwaw l-eżekuzzjoni ta’ dan il-vjaġġ kollox kompriż.


(1)   ĠU C 311, 16.8.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2568/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top