EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0222

Kawża C-222/22, Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (Konverżjoni reliġjuża sussegwenti): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Frar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl vs JF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-ażil – Direttiva 2011/95/UE – Kundizzjonijiet sabiex persuna tibbenefika minn protezzjoni internazzjonali – Kontenut ta’ din il-protezzjoni – Artikolu 5 – Ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali li jinħolqu fuq il-post – Applikazzjoni sussegwenti għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat – Artikolu 5(3) – Kunċett ta’ ‘ċirkustanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu’ – Intenzjoni abbużiva u strumentalizzazzjoni tal-proċedura applikabbli – Attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti li ma jikkostitwixxux l-espressjoni u l-estensjoni ta’ twemmin jew orjentazzjoni diġà murija fil-pajjiż ta’ oriġini – Konverżjoni reliġjuża)

ĠU C, C/2024/2389, 8.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2389/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2389/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2389

8.4.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Frar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl vs JF

(Kawża C-222/22, Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (Konverżjoni reliġjuża sussegwenti)) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-ażil - Direttiva 2011/95/UE - Kundizzjonijiet sabiex persuna tibbenefika minn protezzjoni internazzjonali - Kontenut ta’ din il-protezzjoni - Artikolu 5 - Ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali li jinħolqu fuq il-post - Applikazzjoni sussegwenti għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat - Artikolu 5(3) - Kunċett ta’ “ċirkustanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu” - Intenzjoni abbużiva u strumentalizzazzjoni tal-proċedura applikabbli - Attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti li ma jikkostitwixxux l-espressjoni u l-estensjoni ta’ twemmin jew orjentazzjoni diġà murija fil-pajjiż ta’ oriġini - Konverżjoni reliġjuża)

(C/2024/2389)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Konvenut: JF

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija,

għandu jiġi interpretata fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat wara applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, ibbażata fuq riskju ta’ persekuzzjonijiet li jirriżultaw minn ċirkustanzi li l-applikant ħoloq minħabba l-fatt tiegħu stess, wara t-tluq mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, għall-kundizzjoni li dawn iċ-ċirkustanzi jkunu jikkostitwixxu l-espressjoni u l-estensjoni ta’ konvinzjoni tal-applikant diġà murija fil-pajjiż ta’ oriġini.


(1)   ĠU C 244, 27.06.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2389/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top