This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CA0146
Case C-146/22, Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (VAT on hot dairy beverages): Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 5 October 2023 (request for a preliminary ruling from the Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — Poland) — YD v Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Common system of value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 98(2) — Discretionary power of the Member States to apply a reduced rate to certain supplies of goods and services — Points 1 and 12a of Annex III — Similar foodstuffs prepared from the same main ingredient — Hot beverages prepared on the basis of milk — Application of different reduced VAT rates — Goods with the same objective characteristics and properties — Goods accompanied by preparation and serving services on the part of the supplier or not accompanied by such services)
Kawża C-146/22, Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (VAT għal xarbiet tal-ħalib sħan): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – YD vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 98(2) – Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi – Punti 1 u 12a tal-Anness III – Prodotti tal-ikel simili ppreparati mill-istess ingredjent prinċipali – Xarbiet sħan ippreparati mill-ħalib – Applikazzjoni ta’ rati tal-VAT imnaqqsa differenti – Oġġetti li għandhom l-istess karatteristiċi u l-istess proprjetajiet oġġettivi – Oġġetti akkumpanjati jew le minn servizzi ta’ preparazzjoni u ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni mill-fornitur)

ĠU C, C/2023/726, 20.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/726/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/726 |
20.11.2023 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – YD vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej
(Kawża C-146/22 (1), Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (VAT għal xarbiet tal-ħalib sħan))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98(2) - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi - Punti 1 u 12a tal-Anness III - Prodotti tal-ikel simili ppreparati mill-istess ingredjent prinċipali - Xarbiet sħan ippreparati mill-ħalib - Applikazzjoni ta’ rati tal-VAT imnaqqsa differenti - Oġġetti li għandhom l-istess karatteristiċi u l-istess proprjetajiet oġġettivi - Oġġetti akkumpanjati jew le minn servizzi ta’ preparazzjoni u ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni mill-fornitur)
(C/2023/726)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: YD
Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej
fil-preżenza ta’: Rzecznik Małych i Średnich Przedsiębiorców
Dispożittiv
L-Artikolu 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1713 tas-6 ta’ Novembru 2018, moqri flimkien mal-punti 1 u 12a tal-Anness III tagħha, mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112, kif ukoll mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li prodotti tal-ikel komposti mill-istess ingredjent prinċipali u li jissodisfaw l-istess bżonn għal konsumatur medju jkunu suġġetti għal żewġ rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imnaqqsa differenti, skont jekk jinbigħux bl-imnut f’ħanut jew jekk humiex ippreparati u servuti sħan lil klijent fuq talba tiegħu bl-għan li jiġu kkonsmati immedjatament, sakemm dawn il-prodotti tal-ikel ma jkollhomx karatteristiċi simili minkejja l-ingredjent prinċipali li għandhom komuni jew sakemm id-differenzi li jeżistu bejn l-imsemmija prodotti tal-ikel, inkluż fir-rigward tas-servizzi relatati li jakkumpanjaw il-provvisti tagħhom, jinfluwenzaw b’mod kunsiderevoli d-deċiżjoni tal-konsumatur medju li jixtri wieħed jew l-ieħor minn fosthom.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/726/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)