Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0072

    Kawża C-72/22 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – M.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-ażil u tal-immigrazzjoni – Direttiva 2011/95/KE – Artikolu 4 – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikoli 6 u 7 – Standards għall-akkoljenza ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali – Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2013/33/UE – Artikolu 8 – Tqegħid f’detenzjoni tal-applikant – Raġuni għat-tqegħid – Protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew tal-ordni pubbliku – Tqegħid f’detenzjoni tal-applikant għall-ażil minħabba d-dħul irregolari tiegħu fit-territorju tal-Unjoni)

    ĠU C 318, 22.8.2022, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 318/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – M.A.

    (Kawża C-72/22 PPU) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-ażil u tal-immigrazzjoni - Direttiva 2011/95/KE - Artikolu 4 - Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikoli 6 u 7 - Standards għall-akkoljenza ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali - Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2013/33/UE - Artikolu 8 - Tqegħid f’detenzjoni tal-applikant - Raġuni għat-tqegħid - Protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew tal-ordni pubbliku - Tqegħid f’detenzjoni tal-applikant għall-ażil minħabba d-dħul irregolari tiegħu fit-territorju tal-Unjoni)

    (2022/C 318/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: M.A.

    fil-preżenza ta: Valstybės sienos apsaugos tarnyba

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 6 u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, fil-każ ta’ dikjarazzjoni tal-istat ta’ gwerra jew tal-istat ta’ emerġenza jew fil-każ ta’ proklamazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza minħabba influss massiv ta’ barranin, iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ residenza irregolari jiġu effettivament imċaħħda mill-possibbiltà li jkollhom aċċess, fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, għall-proċedura ta’ eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

    2)

    L-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, fil-każ ta’ dikjarazzjoni tal-istat ta’ gwerra jew tal-istat ta’ emerġenza jew fil-każ ta’ proklamazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza minħabba influss massiv ta’ barranin, applikant għall-ażil jista’ jitqiegħed f’detenzjoni għar-raġuni biss li jirrisjedi irregolarment fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.


    (1)  ĠU C 171, 25.4.2022.


    Top