Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0009

    Kawża C-9/22, An Bord Pleanála et (Sit ta’ St Teresa’s Gardens): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – NJ, OZ vs An Bord Pleanála, Ireland, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2001/42/KE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” – Artikolu 3(2)(a) – Evalwazzjoni ambjentali – Att mhux statutorju ppreparat minn kunsill komunali u minn kuntrattur – Direttiva 2011/92/UE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent – Artikolu 3(1) – Obbligu ta’ identifikazzjoni, ta’ deskrizzjoni u ta’ evalwazzjoni b’mod xieraq, skont kull każ partikolari, tal-effetti diretti u indiretti ta’ proġett – Linji Gwida Ministerjali vinkolanti dwar l-għoli tal-bini)

    ĠU C 164, 8.5.2023, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – NJ, OZ vs An Bord Pleanála, Ireland, Attorney General

    (Kawża C-9/22 (1), An Bord Pleanála et (Sit ta’ St Teresa’s Gardens))

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Artikolu 3(2)(a) - Evalwazzjoni ambjentali - Att mhux statutorju ppreparat minn kunsill komunali u minn kuntrattur - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Artikolu 3(1) - Obbligu ta’ identifikazzjoni, ta’ deskrizzjoni u ta’ evalwazzjoni b’mod xieraq, skont kull każ partikolari, tal-effetti diretti u indiretti ta’ proġett - Linji Gwida Ministerjali vinkolanti dwar l-għoli tal-bini)

    (2023/C 164/18)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court (l-Irlanda)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: NJ, OZ

    Konvenuti: An Bord Pleanála, Ireland, Attorney General

    fil-preżenza ta’: DBTR-SCR1 Fund, a Sub Fund of TWTC Multi-Family ICAV

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(2) u (3) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    pjan ikun jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva meta, l-ewwel, ikun tħejja minn awtorità fuq livell lokali b’kollaborazzjoni ma’ żviluppatur ikkonċernat minn dan il-pjan u jkun ġie adottat minn din l-awtorità, it-tieni, ikun ġie adottat abbażi ta’ dispożizzjoni inkluża fi pjan jew programm ieħor u, it-tielet, ikun jipprevedi żviluppi differenti minn dawk previsti fi pjan jew programm ieħor, bil-kundizzjoni madankollu li dan ikun tal-inqas ta’ natura vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal proġetti.

    2)

    Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014,

    għandha tiġi interpretata fis-sens li:

    ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, meta huma jiddeċiedu jekk jagħtux jew le awtorizzazzjoni għal proġett, jaġixxu b’mod konformi ma’ linji gwida li jeżiġu ż-żieda, jekk ikun possibbli, tal-għoli tal-bini u li kienu s-suġġett ta’ evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42.


    (1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


    Top