Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0597

    Kawża T-597/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2021 – Basaglia vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/56


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2021 – Basaglia vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-597/21)

    (2021/C 462/68)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milano, l-Italja) (rappreżentant: G. Balossi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2021 C(2021) 5741 final skont l-Artikolu 4 tad-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), li ġiet ikkomunikata fil-verżjoni Taljana fit-23 ta’ Awwissu 2021.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka aggravju uniku.

    1.

    L-uniku aggravju bbażat fuq ir-restrizzjoni unilaterali tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba inizjali.

    F’dan ir-rigward jiġi sostnut li r-rikorrent jallega li bis-sentenza mogħtija fil-kawża T-727/19, Basaglia vs Il-Kummissjoni (sentenza tat-23 ta’ Settembru 2020, mhux ippubblikata, EU:T:2020:446) il-Qorti Ġenerali kienet ordnat l-annullament tad-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea ta’ tnaqqis unilaterali tat-talba għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent; b’mod partikolari, kienet ġiet ikkonfermata l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni sa fejn hija kienet illimitat unilateralment id-dritt tar-rikorrent li jkollu aċċess għad-dokumenti mitluba; id-deċiżjoni l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea, mogħtija wara l-annullament tad-deċiżjoni preċedenti, naqset milli twettaq dak li ġie deċiż mill-Qorti Ġenerali fit-23 ta’ Settembru 2020 u kisret mill-ġdid id-dritt ta’ aċċess tal-applikant.


    (1)  5741 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


    Top