This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0265
Case T-265/21: Action brought on 18 May 2021 — Sunshine Smile v EUIPO (PlusDental+)
Kawża T-265/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2021 – Sunshine Smile vs EUIPO (PlusDental+)
Kawża T-265/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2021 – Sunshine Smile vs EUIPO (PlusDental+)
ĠU C 263, 5.7.2021, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/31 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2021 – Sunshine Smile vs EUIPO (PlusDental+)
(Kawża T-265/21)
(2021/C 263/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Sunshine Smile GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Kirschner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PlusDental+ bil-kuluri blu u aħmar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 126 826
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1834//2020-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nr. 18 126 826; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |