This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0242
Case T-242/21: Action brought on 4 May 2021 — Pšonka v Council
Kawża T-242/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Pszonka vs Il-Kunsill
Kawża T-242/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Pszonka vs Il-Kunsill
ĠU C 263, 5.7.2021, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/26 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Pszonka vs Il-Kunsill
(Kawża T-242/21)
(2021/C 263/35)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Artem Wiktorowycz Pszonka (Kramatorsk, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn id-deċiżjoni msemmija u r-regolament imsemmi jirrigwardaw lir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrent għall-proprjetà
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent iggarantiti lilu mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali
|