Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0113

    Kawża T-113/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Team Beverage vs EUIPO (Beverage Analytics)

    ĠU C 128, 12.4.2021, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 128/48


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Team Beverage vs EUIPO (Beverage Analytics)

    (Kawża T-113/21)

    (2021/C 128/61)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Team Beverage AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Beverage Analytics” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 101 437

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 727/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-appell tar-rikorrenti mid-deċiżjoni tal-konvenut tal-21 ta’ Frar 2020;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top