This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0050
Case T-50/21: Action brought on 26 January 2021 — About You v EUIPO — Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)
Kawża T-50/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)
Kawża T-50/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)
ĠU C 98, 22.3.2021, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/31 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)
(Kawża T-50/21)
(2021/C 98/35)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: About You GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Safe-1 Immobilieninvest GmbH (Mauer, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Y/O/U YOUR ORIGINAL U” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 226 901
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 529/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
iżżomm seduta; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata bil-konsegwenza li l-EUIPO kompletament jirrevoka t-trade mark tal-Unjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO, u fil-każ li tintervjeni bil-miktub, lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO, għall-ispejjeż rispettivi tiegħu/tagħhom u għall-kumpens tal-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO. |
Motivi invokati
— |
Ksur tar-rekwiżiti formali tal-provi fir-rigward taċ-ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi; |
— |
Ksur tal-Artikolu 58, flimkien mal-Artikolu 18, u tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u rispettivament flimkien mal-Artikoli 10, 19 u 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625. |