EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0780

Kawża T-780/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Lila Rossa Engros vs EUIPO (LiLAC) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LiLAC – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/57


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Lila Rossa Engros vs EUIPO (LiLAC)

(Kawża T-780/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LiLAC - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 35/68)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Lila Rossa Engros SRL (Voluntari, ir-Rumanija) (rappreżentant: O. Anghel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Settembru 2021 (Każ R 441/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud..

2)

Lila Rossa Engros SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 95, 28.2.2022.


Top