Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0330

    Kawża T-330/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – EWC Academy vs Il-Kummissjoni (“Politika soċjali – Sussidji intiżi għal azzjonijiet previsti li jippromwovu l-inizjattivi fil-qasam tal-governanza tal-impriżi – Sejħa għal proposti VP/2020/008 – Esklużjoni tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej li ma għandhomx personalità ġuridika – Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1046”)

    ĠU C 83, 6.3.2023, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – EWC Academy vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-330/21) (1)

    (“Politika soċjali - Sussidji intiżi għal azzjonijiet previsti li jippromwovu l-inizjattivi fil-qasam tal-governanza tal-impriżi - Sejħa għal proposti VP/2020/008 - Esklużjoni tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej li ma għandhomx personalità ġuridika - Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1046”)

    (2023/C 83/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: EWC Academy GmbH (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Däubler-Gmelin, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pethke u B.-R. Killmann, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ April 2021 li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet it-talba għal sussidju li hija kienet issottomettiet, bħala koordinatriċi ta’ konsorzju, fil-kuntest tas-sejħa għal proposti VP/2020/008 dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-governanza tal-impriżi.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ April 2021 li tiċħad talba għal sussidju mressqa minn EWC Academy GmbH abbażi tas-sejħa għal proposti VP/2020/008 hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn EWC Academy.


    (1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


    Top