Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0324

    Kawża T-324/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Harley-Davidson Europe u Neovia Logistics Services International vs Il-Kummissjoni (“Unjoni doganali – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali ta’ ċerti muturi mmanifatturati minn Harley-Davidson – Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li titlob ir-revoka ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini adottati minn awtoritajiet doganali nazzjonali – Kunċett ta’ ‘operazzjonijiet ta’ pproċessar jew ta’ ħidma li ma humiex ekonomikament iġġustifikati’ – Dritt għal smigħ”)

    ĠU C 134, 17.4.2023, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/10


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Harley-Davidson Europe u Neovia Logistics Services International vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-324/21) (1)

    (“Unjoni doganali - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali ta’ ċerti muturi mmanifatturati minn Harley-Davidson - Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li titlob ir-revoka ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini adottati minn awtoritajiet doganali nazzjonali - Kunċett ta’ ‘operazzjonijiet ta’ pproċessar jew ta’ ħidma li ma humiex ekonomikament iġġustifikati’ - Dritt għal smigħ”)

    (2023/C 134/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Harley-Davidson Europe (Oxford, ir-Renju Unit) u Neovia Logistics Services International (Vilvoorde, il-Belġju) (rappreżentanti: O. van Baelen, G. Leburn, avocats, u T. Lyons, KC)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Kocjan, aġenti)

    Suġġett

    Permezz ta’ dan ir-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/563 tal-31 ta’ Marzu 2021 dwar il-validità ta’ ċerti deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (ĠU 2021, L 119, p. 117), indirizzata lir-Renju tal-Belġju. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni Ewropea talbet ir-revoka ta’ żewġ deċiżjonijiet fil-qasam ta’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini, adottati favur Neovia għan-nom ta’ Harley-Davidson, li jirrigwardaw l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, tramite l-Belġju, ta’ ċerti kategoriji ta’ muturi mmanifatturati minn Harley-Davidson fit-Tajlandja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Harley Davidson Europe Ltd u Neovia Logistics Services International huma kkundannati għall ispejjeż.


    (1)  ĠU C 297, 26.7.2021.


    Top