Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0158

    Kawża T-158/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni (“Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – ‘Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe’ – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta r-raġunijiet għalfejn ma jiġux adottati l-proposti ta’ atti legali li jinsabu fl-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 15, 16.1.2023, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-158/21) (1)

    (“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - ‘Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe’ - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta r-raġunijiet għalfejn ma jiġux adottati l-proposti ta’ atti legali li jinsabu fl-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    (2023/C 15/47)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” (rappreżentant: T. Hieber, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, I. Rubene, E. Stamate u D. Drambozova, aġenti)

    Intervenjent insostenn tar-rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: T. Papadopoulou, aġent), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: E. Drugda, aġent)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 171 final tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika Ellenika, l-Ungerija u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


    Top