Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0374

    Kawża C-374/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-18 ta’ Ġunju 2021 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs AB, CD, EF

    ĠU C 357, 6.9.2021, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-18 ta’ Ġunju 2021 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs AB, CD, EF

    (Kawża C-374/21)

    (2021/C 357/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)

    Konvenuti: AB, CD, EF

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1), jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern, li skontha ma tistax tiġi applikata l-preskrizzjoni għad-dekorrenza tat-terminu ta’ erba’ jew tmien snin fi proċedura ġudizzjarja ta’ rkupru forzat miftuħa, minħabba li l-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni hija permessa biss f’azzjoni relatata mal-att li jiddetermina l-ħlas tal-ammonti irċevuti indebitament għall-konstatazzjoni ta’ illegalità?

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda:

    2)

    It-terminu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jitqies li huwa terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi l-ħlas tal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament? Dan għandu jibda jiddekorri mid-data meta ġie adottat l-att?

    Fil-każ ta risposta fin-negattiv għal din id-domanda, ulterjorment:

    3)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern li minnha jirriżulta li t-terminu [ta’ preskrizzjoni] tad-dejn jiġi interrott meta, ladarba tiġi estiża l-eżekuzzjoni fis-seħħ kontra sussidjarji responsabbli tal-kumpannija benefiċjarja, dawn jiġu nnotifikati, filwaqt li l-imsemmi terminu jiġi sospiż meta ma jkunx hemm deċiżjoni definittiva u li tikseb l-awtorità ta’ res judicata u li li ġġib fi tmiemha l-oppożizzjoni magħmula minn dawn il-kumpanniji benefiċjarji?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.


    Top