EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0323

Kawża C-323/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Mejju 2021 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs B

ĠU C 320, 9.8.2021, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Mejju 2021 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs B

(Kawża C-323/21)

(2021/C 320/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenut: B.

Domandi preliminari

1)

a)

Il-kunċett ta’ “Stat Membru rikjedenti” fis-sens tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ifisser l-Istat Membru (f’dan il-każ, it-tielet Stat Membru, jiġifieri r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) li kienl-aħħar wieħed li ressaq, quddiem Stat Membru ieħor, talba għall-finijiet ta’ teħid lura jew ta’ teħid ta’ inkarigu?

b)

Jekk ir-risposta tkun fin-negattiv, iċ-ċirkustanza li ftehim dwar talba kien ġie konkluż preċedentement bejn żewġ Stati Membri (f’dan il-każ ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Taljana) għad għandha konsegwenzi fuq l-obbligi legali tat-tielet Stat Membru (f’dan il-każ, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) skont ir-Regolament ta’ Dublin fir-rigward tal-barrani jew tal-Istati Membri kkonċernati minn dan il-ftehim dwar talba preċedenti u, fl-affermattiv, liema?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fil-kuntest ta’ rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ trasferiment, applikant għal protezzjoni internazzjonali isostni b’suċċess li t-trasferiment ma jistax iseħħ peress li t-terminu għal trasferiment miftiehem preċedentement bejn żewġ Stati Membri (f’dan il-każ, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Taljana) skada?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.


Top