EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0316

Kawża C-316/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fil-21 ta’ Mejju 2021 – Monument Vandekerckhove NV vs Stad Gent, partijiet oħra: Denys NV, Aelterman BVBA

ĠU C 320, 9.8.2021, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fil-21 ta’ Mejju 2021 – Monument Vandekerckhove NV vs Stad Gent, partijiet oħra: Denys NV, Aelterman BVBA

(Kawża C-316/21)

(2021/C 320/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Monument Vandekerckhove NV

Konvenut: Stad Gent

Partijiet oħra fil-proċedura: Denys NV, Aelterman BVBA

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), ikkunsidrat waħdu u flimkien mal-portata tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-awtorità kontraenti tikkonstata li entità li operatur ekonomiku jagħmel użu mill-kapaċitajiet tagħha ma tissodisfax il-kriterji ta’ selezzjoni, hija għandha l-obbligu li titlob lill-operatur is-sostituzzjoni tal-entità jew għandha l-possibbiltà li titlob is-sostituzzjoni jekk l-operatur irid li jintgħażel?

2)

Abbażi tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza, kif ukoll skont l-iżvolġiment tal-proċedura għall-għoti, jeżistu ċirkustanzi li fihom l-awtorità kontraenti ma għandhiex (iktar) jew ma tistax (iktar) teżiġi li titwettaq sostituzzjoni?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.


Top