Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0211

Kawża C-211/21 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2021 minn 12seasons GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-20 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-329/19 – 12seasons vs EUIPO – Société immobilière et mobilière de Montagny (BE EDGY BERLIN)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/24


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2021 minn 12seasons GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-20 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-329/19 – 12seasons vs EUIPO – Société immobilière et mobilière de Montagny (BE EDGY BERLIN)

(Kawża C-211/21 P)

(2021/C 462/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: 12seasons GmbH (rappreżentant: M. Gail, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Société immobilière et mobilière de Montagny

B’digriet tal-1 ta’ Settembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li 12seasons GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


Top