This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0075
Case C-75/21 P: Appeal brought on 3 February 2021 by Bilbaína de Alquitranes, SA against the judgment of the General Court (Eighth Chamber, Extended Composition) delivered on 16 December 2020 in Case T-645/18, Bilbaína de Alquitranes SA v Commission
Kawża C-75/21 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 minn Bilbaína de Alquitranes, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla, Extended Composition) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-654/18, Bilbaína de Alquitranes SA vs Il-Kummissjoni
Kawża C-75/21 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 minn Bilbaína de Alquitranes, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla, Extended Composition) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-654/18, Bilbaína de Alquitranes SA vs Il-Kummissjoni
ĠU C 128, 12.4.2021, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/30 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 minn Bilbaína de Alquitranes, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla, Extended Composition) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-654/18, Bilbaína de Alquitranes SA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-75/21 P)
(2021/C 128/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Bilbaína de Alquitranes, SA (rappreżentanti: P. Sellar, avukat, K. Van Maldegem, avukat, M. Grunchard, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja u Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-eżami tagħha; u |
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-argument tal-appellant, li l-Kummissjoni wettqet żball manifest, mhux neċessarjament jimplika wkoll l-argument li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ diliġenza, hija żbaljata fil-liġi.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fid-dritt li tuża allegat nuqqas ta’ ċarezza legali tal-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 (1) bħala raġuni biex jiġi miċħud l-argument legali li fil-fatt kien qed isir mill-appellant.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq il-konklużjoni li l-qafas legali kien kumpless sabiex tiskuża n-nuqqas tal-Kummissjoni li tqis in-nuqqas tas-solubbiltà tas-CTPHT (żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja). Il-Qorti Ġenerali fil-fatt kienet iddeċidiet l-oppost fi proċeduri preċedenti rrelatati (Kawża T-689/13 DEP, Bilbaina de Alquitranes SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea). Mingħajr l-ebda spjegazzjoni biex jiġi sostnut l-oppost, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa insuffiċjenti u kontradittorju.
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali applikat it-test ordinarju tad-diliġenza dovuta b’mod żbaljat. Billi kkonkludiet li l-Kummissjoni aġixxiet kif tagħmel kull awtorità amministrattiva ordinarja, debitament diliġenti, hija użat punt ta’ paragun mhux korrett u mhux xieraq biex tevalwa d-diliġenza dovuta u n-natura ordinarja tal-Kummissjoni.
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kellha motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja safejn dik il-qorti kkonkludiet, mingħajr ma indikat l-ebda prova u billi bbażat ruħha biss fuq l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali, li l-Kummissjoni setgħet kellha diffikultajiet biex tikkoreġi l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tagħha, u b’hekk tissuġġerixxi li l-approċċ tal-Kummissjoni jista’ jiġi skużat.
Is-sitt aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-iżball tal-Kummissjoni jista’ jiġi skużat b’riferiment għall-prinċipju ta’ prekawzjoni minħabba li hemm ġurisprudenza stabbilita li tgħid li l-prinċipju ma jistax jiġi invokat matul il-klassifikazzjoni ta’ sustanza.
(1) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2011, L 16, p. 1, ĠU 2016, L 349, p. 1, ĠU 2019, L 117, p. 8).