EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0050

Kawża C-50/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fid-29 ta’ Jannar 2021 – Prestige and Limousine, S.L. vs Área Metropolitana de Barcelona

ĠU C 228, 14.6.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fid-29 ta’ Jannar 2021 – Prestige and Limousine, S.L. vs Área Metropolitana de Barcelona

(Kawża C-50/21)

(2021/C 228/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Prestige and Limousine, S.L.

Konvenut: Área Metropolitana de Barcelona

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 u 107(1) TFUE jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali – liġijiet u regolamenti – li mingħajr ebda raġuni plawżibbli jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet ta’ VPX (1) għal awtorizzazzjoni għal kull tletin liċenzja ta’ taxi jew inqas?

2)

L-Artikoli 49 u 107(1) TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li mingħajr ebda raġuni plawżibbli tistabbilixxi t-tieni awtorizzazzjoni u rekwiżiti addizzjonali għall-VPX li jixtiequ joffru servizzi urbani?


(1)  Vettura privata bix-xufier


Top