Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0646

    Kawża C-646/21, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Nisa li jidentifikaw ruħhom mal-valur tal-ugwaljanza bejn is-sessi: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Ġunju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K, L vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Politika komuni fil-qasam tal-ażil – Direttiva 2011/95/UE – Kundizzjonijiet sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika mill-istatus ta’ refuġjat – Artikolu 2(d) u (e) – Raġunijiet għall-persekuzzjoni – Artikolu 10(1)(d) u (2) – Sħubija fi grupp soċjali partikolari – Artikolu 4 – Evalwazzjoni individwali tal-fatti u taċ-ċirkustanzi – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 10(3) – Kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali – Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – L-aħjar interessi tal-wild – Determinazzjoni – Ċittadini ta’ pajjiż terz minuri li jidentifikaw ruħhom mal-valur fundamentali tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel minħabba r-residenza tagħhom fi Stat Membru)

    ĠU C, C/2024/4433, 22.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4433/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4433/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4433

    22.7.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Ġunju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K, L vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    (Kawża C-646/21  (1) , Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Nisa li jidentifikaw ruħhom mal-valur tal-ugwaljanza bejn is-sessi)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Politika komuni fil-qasam tal-ażil - Direttiva 2011/95/UE - Kundizzjonijiet sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika mill-istatus ta’ refuġjat - Artikolu 2(d) u (e) - Raġunijiet għall-persekuzzjoni - Artikolu 10(1)(d) u (2) - ‘Sħubija fi grupp soċjali partikolari’ - Artikolu 4 - Evalwazzjoni individwali tal-fatti u taċ-ċirkustanzi - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 10(3) - Kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali - Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - L-aħjar interessi tal-wild - Determinazzjoni - Ċittadini ta’ pajjiż terz minuri li jidentifikaw ruħhom mal-valur fundamentali tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel minħabba r-residenza tagħhom fi Stat Membru)

    (C/2024/4433)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: K, L

    Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 10(1)(d) u (2) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    skont il-kundizzjonijiet prevalenti fil-pajjiż ta’ oriġini, jistgħu jitqiesu li jappartjenu għal “grupp soċjali partikolari”, bħala “raġuni għall-persekuzzjoni” li tista’ twassal għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat, in-nisa ċittadini ta’ dan il-pajjiż, inkluż minuri, li jaqsmu bħala karatteristika komuni l-identifikazzjoni effettiva tagħhom mal-valur fundamentali tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li seħħet matul ir-residenza tagħhom fi Stat Membru.

    2)

    L-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi li l-awtorità nazzjonali kompetenti milli tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn minuri mingħajr ma tkun iddeterminat konkretament l-aħjar interess ta’ dan il-minuri, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni individwali.


    (1)   ĠU C 24, 17.1.2022.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4433/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top