This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0590
Case C-590/21, Charles Taylor Adjusting: Judgment of the Court (Third Chamber) of 7 September 2023 (request for a preliminary ruling from the Areios Pagos — Greece) — Charles Taylor Adjusting Limited, FD v Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises Inc. (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Judicial cooperation in civil matters — Regulation (EC) No 44/2001 — Recognition and enforcement in one Member State of judgments from another Member State — Article 34 — Grounds for refusal — Infringement of public policy in the European Union and of national public policy — Definition of ‘public policy’ — Mutual trust — ‘“Quasi” anti-suit injunction’ — Judgments preventing the exercise of the right to effective judicial protection or the continuation of proceedings brought before the courts of another Member State)
Kawża C-590/21, Charles Taylor Adjusting: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Settembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Areios Pagos – il-Greċja) – Charles Taylor Adjusting Limited, FD vs Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises INC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Rikonoxximent u eżekuzzjoni fi Stat Membru ta’ deċiżjonijiet li joriġinaw minn Stat Membru ieħor – Artikolu 34 – Raġunijiet għaċ-ċaħda – Ksur tal-ordni pubbliku tal-Unjoni Ewropea u tal-ordni pubbliku nazzjonali – Kunċett ta’ “ordni pubbliku” – Fiduċja reċiproka – “‘Kważi’ ordni kontra l – proċedura” – Deċiżjoni li tipprekludi t – tkomplija ta’ proċeduri mibdija quddiem il – qrati ta’ Stat Membru ieħor jew tal – eżerċizzju tad – dritt għal protezzjoni ġudizzjarja)

ĠU C, C/2023/187, 23.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/187/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/187 |
23.10.2023 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Settembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Areios Pagos – il-Greċja) – Charles Taylor Adjusting Limited, FD vs Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises INC
(Kawża C-590/21 (1), Charles Taylor Adjusting)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Rikonoxximent u eżekuzzjoni fi Stat Membru ta’ deċiżjonijiet li joriġinaw minn Stat Membru ieħor - Artikolu 34 - Raġunijiet għaċ-ċaħda - Ksur tal-ordni pubbliku tal-Unjoni Ewropea u tal-ordni pubbliku nazzjonali - Kunċett ta’ “ordni pubbliku” - Fiduċja reċiproka - “‘Kważi’ ordni kontra l – proċedura” - Deċiżjoni li tipprekludi t – tkomplija ta’ proċeduri mibdija quddiem il – qrati ta’ Stat Membru ieħor jew tal – eżerċizzju tad – dritt għal protezzjoni ġudizzjarja)
(C/2023/187)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Areios Pagos
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Charles Taylor Adjusting Limited, FD
Konvenuti: Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises INC
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali moqri flimkien mal-Artikolu 45(1) tiegħu,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
qorti ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi u li teżegwixxi sentenza ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor minħabba li tmur kontra l-ordni pubbliku, peress li din id-deċiżjoni tostakola t-tkomplija ta’ proċedura pendenti quddiem qorti oħra ta’ dan l-ewwel Stat Membru, sa fejn hija tagħti lil waħda mill-partijiet kumpens pekunjarju provviżorju għall-ispejjeż li hija tbati minħabba l-bidu ta’ din il-proċedura, minħabba, minn naħa, li s-suġġett tal-imsemmija proċedura huwa kopert minn ftehim ta’ reżoluzzjoni, konkluż legalment u vvalidat mill-qorti tal-Istat Membru li tat l-imsemmija deċiżjoni, u, min-naħa l-oħra, li l-qorti tal-ewwel Stat Membru, li quddiemha nbdiet il-proċedura kontenzjuża, ma għandhiex ġurisdizzjoni minħabba klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni esklużiva.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/187/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)