EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0580

Kawża C-580/21, EEW Energy from Waste: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-20 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – EEW Energy from Waste Großräschen GmbH vs MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2009/28/KE – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Artikolu 16(2)(c) – Aċċess għall-grilja ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni – Aċċess prijoritarju mogħti lill-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Produzzjoni minn sorsi ta’ enerġija kemm rinnovabbli kif ukoll konvenzjonali)

ĠU C 205, 12.6.2023, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-20 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – EEW Energy from Waste Großräschen GmbH vs MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH

(Kawża C-580/21 (1), EEW Energy from Waste)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2009/28/KE - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Artikolu 16(2)(c) - Aċċess għall-grilja ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni - Aċċess prijoritarju mogħti lill-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Produzzjoni minn sorsi ta’ enerġija kemm rinnovabbli kif ukoll konvenzjonali)

(2023/C 205/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EEW Energy from Waste Großräschen GmbH

Konvenuta: MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH

fil-preżenza ta’: 50 Hertz Transmission GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 16(2)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-prijorità ta’ aċċess għall-grilja tal-elettriku li minnha jibbenefikaw l-impjanti ta’ produzzjoni tal-elettriku li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandha tingħata mhux biss lill-impjanti li jiġġeneraw l-elettriku esklużivament minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, iżda wkoll lil dawk li jipproduċuh kemm minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll konvenzjonali.

2)

L-Artikolu 16(2)(c) tad-Direttiva 2009/28

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

impjant li jipproduċi l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija kemm rinnovabbli kif ukoll konvenzjonali jibbenefika minn prijorità ta’ aċċess għall-grilja unikament għall-parti ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ din il-prijorità ta’ aċċess, billi jistabbilixxu kriterji trasparenti u nondiskriminatorji li, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sigurtà tas-sistema, jippermettu li tiġi stabbilita ordni ta’ prijorità skont l-importanza tas-sehem tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli użati minn kull impjanti ta’ produzzjoni tal-elettriku.


(1)  ĠU C 502, 13.12.2021.


Top