This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0362
Case C-362/21: Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 20 October 2022 (request for a preliminary ruling from the Administrativen sad Veliko Tarnovo — Bulgaria) –- ‘EKOFRUKT’ EOOD v Direktor na Direktsia ‘Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika’ — Veliko Tarnovo (Reference for a preliminary ruling — Internal market — Regulation (EU) No 910/2014 — Point 12 of Article 3 — Concept of ‘qualified electronic signature’ — Article 25(1) — Article 26 — Annex I — Legal effects of electronic signatures — Requirements relating to an advanced electronic signature — Administrative act issued in the form of an electronic document, the electronic signature of which does not meet the requirements of a ‘qualified electronic signature’ — Cumulative requirements — Consequences — Point 15 of Article 3 — Absence of a ‘qualified certificate for electronic signature’ — Qualified electronic signature entered in the certificate issued by the trust service provider — Effect — Names of the holder of the electronic signature having been written in the Latin alphabet rather than being written, as was customary, in Cyrillic script)
Kawża C-362/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – “Ekofrukt” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Veliko Tarnovo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern – Regolament (UE) Nru 910/2014 – Punt 12 tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ “firma elettronika kkwalifikata” – Artikolu 25(1) – Artikolu 26 – Anness I – Effetti legali tal-firem elettroniċi – Rekwiżiti dwar firma elettronika avvanzata – Att amministrattiv stabbilit fil-forma ta’ dokument elettroniku li l-firma elettronika tiegħu ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ “firma elettronika kkwalifikata” – Rekwiżiti kumulattivi – Konsegwenzi – Punt 15 tal-Artikolu 3 – Assenza ta’ “ċertifikat ikkwalifikat għall-firma elettronika” – Inklużjoni ta’ firma elettronika ikkwalifikata fiċ-ċertifikat maħruġ mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji – Effett – Ismijiet tad-detentur tal-firma elettronika li kienu s-suġġett ta’ translitterazzjoni fl-alfabett Latin minflok il-kitba abitwali tagħhom b’karattri Ċirilliċi)
Kawża C-362/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – “Ekofrukt” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Veliko Tarnovo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern – Regolament (UE) Nru 910/2014 – Punt 12 tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ “firma elettronika kkwalifikata” – Artikolu 25(1) – Artikolu 26 – Anness I – Effetti legali tal-firem elettroniċi – Rekwiżiti dwar firma elettronika avvanzata – Att amministrattiv stabbilit fil-forma ta’ dokument elettroniku li l-firma elettronika tiegħu ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ “firma elettronika kkwalifikata” – Rekwiżiti kumulattivi – Konsegwenzi – Punt 15 tal-Artikolu 3 – Assenza ta’ “ċertifikat ikkwalifikat għall-firma elettronika” – Inklużjoni ta’ firma elettronika ikkwalifikata fiċ-ċertifikat maħruġ mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji – Effett – Ismijiet tad-detentur tal-firma elettronika li kienu s-suġġett ta’ translitterazzjoni fl-alfabett Latin minflok il-kitba abitwali tagħhom b’karattri Ċirilliċi)
ĠU C 472, 12.12.2022, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – “Ekofrukt” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Veliko Tarnovo
(Kawża C-362/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Regolament (UE) Nru 910/2014 - Punt 12 tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “firma elettronika kkwalifikata” - Artikolu 25(1) - Artikolu 26 - Anness I - Effetti legali tal-firem elettroniċi - Rekwiżiti dwar firma elettronika avvanzata - Att amministrattiv stabbilit fil-forma ta’ dokument elettroniku li l-firma elettronika tiegħu ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ “firma elettronika kkwalifikata” - Rekwiżiti kumulattivi - Konsegwenzi - Punt 15 tal-Artikolu 3 - Assenza ta’ “ċertifikat ikkwalifikat għall-firma elettronika” - Inklużjoni ta’ firma elettronika ikkwalifikata fiċ-ċertifikat maħruġ mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji - Effett - Ismijiet tad-detentur tal-firma elettronika li kienu s-suġġett ta’ translitterazzjoni fl-alfabett Latin minflok il-kitba abitwali tagħhom b’karattri Ċirilliċi)
(2022/C 472/18)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“Ekofrukt” EOOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Veliko Tarnovo
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li att amministrattiv stabbilit fil-forma ta’ dokument elettroniku jiġi ddikjarat null meta dan jiġi ffirmat permezz ta’ firma elettronika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament sabiex titqies bħala “firma elettronika kkwalifikata”, fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 3 tiegħu, bil-kundizzjoni li l-invalidità ta’ dawn il-firem ma tiġix ikkonstatata għar-raġuni biss li dawn ikunu f’forma elettronika. |
2) |
Il-punt 12 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 910/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ “ċertifikat ikkwalifikat għall-firma elettronika”, fis-sens tal-punt 15 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li firma elettronika ma tikkostitwixxix “firma elettronika kkwalifikata”, fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 3, peress li l-klassifikazzjoni eventwali tagħha bħala “firma elettronika professjonali” hija irrilevanti f’dan ir-rigward. |
3) |
Ir-Regolament Nru 910/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inklużjoni ta’ firma elettronika fiċ-ċertifikat maħruġ mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji ma hijiex biżżejjed sabiex din il-firma tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-regolament sabiex titqies bħala “firma elettronika kkwalifikata”, fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament. Meta tali klassifikazzjoni tiġi kkontestata fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi previsti f’dan il-punt 12 tal-Artikolu 3 humiex kollha ssodisfatti, li jimponilha b’mod partikolari li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26 fl-Anness I tal-istess regolament humiex issodisfatti. |
4) |
Il-punt 12 tal-Artikolu 3 u l-Anness I tar-Regolament Nru 910/2014 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, waqt l-istħarriġ tal-konformità, mar-rekwiżiti ta’ dan l-anness, tal-firma elettronika kkwalifikata, il-fatt li l-ismijiet tal-firmatarju, li normalment juża l-alfabett Ċirilliku sabiex jikteb dawn tal-aħħar, kienu s-suġġett ta’ translitterazzjoni fl-alfabett Latin ma jipprekludix li l-firma elettronika tiegħu titqies bħala “firma elettronika kkwalifikata”, fis-sens ta’ dan il-punt 12 tal-Artikolu 3, bil-kundizzjoni li din il-firma tkun marbuta mal-firmatarju b’mod inekwivoku u tippermetti li huwa jiġi identifikat, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. |