Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0342

Kawża C-342/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ambjentali – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qabża sistematika u kostanti tal-valuri ta’ limitu applikabbli għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni tas-Slovakkja – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu li matulu jinqabżu dawn il-valuri ta’ limitu “l-iqsar possibbli” – Miżuri adegwati)

ĠU C 112, 27.3.2023, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-342/21) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ambjentali - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qabża sistematika u kostanti tal-valuri ta’ limitu applikabbli għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni tas-Slovakkja - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu li matulu jinqabżu dawn il-valuri ta’ limitu “l-iqsar possibbli” - Miżuri adegwati)

(2023/C 112/02)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: S. Ondrášiková, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq:

l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, moqri flimkien mal-Anness XI tagħha, billi qabżet b’mod sistematiku u kostanti l-valur ta’ limitu ta’ kuljum applikabbli għall-mikropartiċelli (PM10) mis-sena 2005 sas-sena 2019 inkluża, bl-eċċezzjoni tas-sena 2016, fiż-żona SKBB01, reġjun ta’ Banskobystrický kraj u, bl-eċċezzjoni tas-snin 2009, 2015 u 2016, fl-agglomerazzjoni SKKO01.1 Košice, u

f’din iż-żona u f’din l-agglomerazzjoni, kif ukoll fiż-żona SKKO02, reġjun ta’ Košice, l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, billi ma pprevedietx miżuri adegwati fil-pjanijiet tagħha relatati mal-kwalità tal-arja sabiex il-perijodu li matulu jinqabeż dan il-valur ta’ limitu jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli.

2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


Top