Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0339

Kawża C-339/21, Colt Technology Services et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Colt Technology Services Sp et vs Ministero della Giustizia et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Id-Direttiva (UE) 2018/1972 – Artikolu 13 – Kundizzjonijiet stipulati ma’ awtorizzazzjoni ġenerali – Punt 4 tal-Parti A tal-Anness I – Awtorizzazzjoni tal-interċettazzjoni legali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti – Artikolu 3 – Għanijiet ġenerali – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tar-rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ta’ interċettazzjoni ordnati lill-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji – Assenza ta’ mekkaniżmu ta’ rimbors sħiħ – Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza)

ĠU C 164, 8.5.2023, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Colt Technology Services Sp et vs Ministero della Giustizia et

(Kawża C-339/21 (1), Colt Technology Services et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Id-Direttiva (UE) 2018/1972 - Artikolu 13 - Kundizzjonijiet stipulati ma’ awtorizzazzjoni ġenerali - Punt 4 tal-Parti A tal-Anness I - Awtorizzazzjoni tal-interċettazzjoni legali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti - Artikolu 3 - Għanijiet ġenerali - Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tar-rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ta’ interċettazzjoni ordnati lill-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji - Assenza ta’ mekkaniżmu ta’ rimbors sħiħ - Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza)

(2023/C 164/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Colt Technology Services SpA, Wind Tre SpA, Telecom Italia SpA, Vodafone Italia SpA, Ministero della Giustizia, Ministero dello Sviluppo economico, Procura Generale della Repubblica presso la Corte d’appello di Reggio Calabria, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Cagliari, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Roma

Konvenuti: Ministero della Giustizia, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Procura Generale della Repubblica presso la Corte d’appello di Reggio Calabria, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Cagliari, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Roma, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Locri, Wind Tre SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 13, moqri fid-dawl tal-Artikolu 3 u tal-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li ma timponix ir-rimbors sħiħ tal-ispejjeż effettivament sostnuti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi meta jiffaċilitaw l-interċettazzjoni legali ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta din il-leġiżlazzjoni tkun nondiskriminatorja, proporzjonata u trasparenti.


(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


Top