This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0264
Case C-264/21: Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 7 July 2022 (request for a preliminary ruling from the Korkein oikeus — Finland) — Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia v Koninklijke Philips NV (Reference for a preliminary ruling — Directive 85/374/EEC — Liability for defective products — Article 3(1) — Concept of ‘producer’ — Any person who, by putting his name, trade mark or other distinguishing feature on the product, or having authorised those particulars to be put on the product, presents himself as its producer)
Kawża C-264/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus – il-Finlandja) – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 85/374/KEE – Responsabbiltà għal prodotti difettużi – Artikolu 3(1) – Kunċett ta’ “produttur” – Kwalunkwe persuna li tippreżenta ruħha bħala l-produttur billi tqiegħed fuq il-prodott isimha, it-trade mark tagħha jew kwalunkwe sinjal distintiv ieħor, jew li tkun awtorizzat dan it-tqegħid)

ĠU C 318, 22.8.2022, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus – il-Finlandja) – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V.
(Kawża C-264/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/374/KEE - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “produttur” - Kwalunkwe persuna li tippreżenta ruħha bħala l-produttur billi tqiegħed fuq il-prodott isimha, it-trade mark tagħha jew kwalunkwe sinjal distintiv ieħor, jew li tkun awtorizzat dan it-tqegħid)
(2022/C 318/22)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia
Konvenut: Koninklijke Philips N.V.
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “produttur”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma jeżiġix li l-persuna li qiegħdet isimha, it-trade mark tagħha jew sinjal distintiv ieħor fuq il-prodott, jew li awtorizzat dan it-tqegħid, tippreżenta ruħha wkoll bħala l-produttur tal-prodott b’xi mod ieħor.