Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0241

    Kawża C-241/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – I. L. vs Politsei- ja Piirivalveamet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2008/115/KE – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Artikolu 15(1) – Żamma taħt detenzjoni – Raġunijiet għal detenzjoni – Kriterju ġenerali bbażat fuq ir-riskju li l-eżekuzzjoni effettiva tat-tneħħija tkun kompromessa – Riskju li jitwettaq reat kriminali – Konsegwenzi tal-istabbiliment tar-reat u tal-għoti ta’ sanzjoni – Kumplikazzjoni tal-proċess ta’ tneħħija – Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Limitazzjoni tad-dritt fundamentali għal-libertà – Rekwiżit ta’ bażi legali – Rekwiżiti ta’ ċarezza, ta’ prevedibbiltà u ta’ aċċessibbiltà – Protezzjoni mill-arbitrarjetà)

    ĠU C 451, 28.11.2022, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 451/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – I. L. vs Politsei- ja Piirivalveamet

    (Kawża C-241/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Artikolu 15(1) - Żamma taħt detenzjoni - Raġunijiet għal detenzjoni - Kriterju ġenerali bbażat fuq ir-riskju li l-eżekuzzjoni effettiva tat-tneħħija tkun kompromessa - Riskju li jitwettaq reat kriminali - Konsegwenzi tal-istabbiliment tar-reat u tal-għoti ta’ sanzjoni - Kumplikazzjoni tal-proċess ta’ tneħħija - Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Limitazzjoni tad-dritt fundamentali għal-libertà - Rekwiżit ta’ bażi legali - Rekwiżiti ta’ ċarezza, ta’ prevedibbiltà u ta’ aċċessibbiltà - Protezzjoni mill-arbitrarjetà)

    (2022/C 451/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

    Qorti tar-rinviju

    Riigikohus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: I. L.

    Konvenut: Politsei- ja Piirivalveamet

    Dispożittiv

    L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    ma jippermettix lil Stat Membru jordna ż-żamma taħt detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment abbażi biss ta’ kriterju ġenerali bbażat fuq ir-riskju li l-eżekuzzjoni effettiva tat-tneħħija tiġi kompromessa, mingħajr ma tiġi ssodisfatta waħda mir-raġunijiet speċifiċi ta’ detenzjoni previsti u ddefiniti b’mod ċar mil-leġiżlazzjoni intiża li tittrasponi din id-dispożizzjoni fid-dritt nazzjonali.


    (1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


    Top