Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0147

    Kawża C-147/21, CIHEF et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF) et vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prodotti bijoċidali – Regolament (UE) Nru 528/2012 – Artikolu 72 – Moviment liberu tal-merkanzija – Artikolu 34 TFUE – Possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw miżuri restrittivi fil-qasam tal-prattiki kummerċjali u tar-reklamar – Modalitajiet ta’ bejgħ li ma jaqgħux taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE – Ġustifikazzjoni – Artikolu 36 TFUE – Għan ta’ preservazzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent – Proporzjonalità)

    ĠU C 83, 6.3.2023, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF) et vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

    (Kawża C-147/21 (1), CIHEF et)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prodotti bijoċidali - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Artikolu 72 - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw miżuri restrittivi fil-qasam tal-prattiki kummerċjali u tar-reklamar - Modalitajiet ta’ bejgħ li ma jaqgħux taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE - Ġustifikazzjoni - Artikolu 36 TFUE - Għan ta’ preservazzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent - Proporzjonalità)

    (2023/C 83/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF), Florame, Hyteck Aroma-Zone, Laboratoires Gilbert, Laboratoire Léa Nature, Laboratoires Oméga Pharma France, Pierre Fabre Médicament, Pranarom France, Puressentiel France

    Konvenuti: Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi l-inklużjoni ta’ dikjarazzjoni, minbarra dik prevista f’dan l-artikolu, fuq ir-reklamar intiż għal professjonisti favur prodotti bijoċidali li jaqgħu taħt tipi ta’ prodotti 2 u 4, inkluż fil-grupp 1 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V ta’ dan ir-regolament, kif ukoll tipi ta’ prodotti 14 u 18, inkluż fil-grupp 3 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V tal-imsemmi regolament;

    u li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar intiż għall-pubbliku ġenerali favur prodotti bijoċidali li jaqgħu taħt tipi ta’ prodotti 2 u 4, inkluż fil-grupp 1 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V tar-Regolament Nru 528/2012, kif emendat bir-Regolament Nru 334/2014, kif ukoll tipi ta’ prodotti 14 u 18, inkluż fil-grupp 3 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V ta’ dan ir-regolament.

    2)

    L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi ċerti prattiki kummerċjali bħal skontijiet, riduzzjoni tal-prezz, tnaqqis, differenzi bejn kundizzjonijiet ġenerali u dawk speċjali tal-bejgħ, l-għoti ta’ unitajiet b’xejn u kwalunkwe prattiki ekwivalenti, li jirrigwardaw il-prodotti bijoċidali li jaqgħu taħt tipi ta’ prodotti 14 u 18, inkluż fil-grupp 3 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V tar-Regolament Nru 528/2012, kif emendat bir-Regolament Nru 334/2014, meta din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata minn għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni kif ukoll tal-ambjent, li hija xierqa sabiex tiżgura t-twettiq ta’ dawn l-għanijiet u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaqhom, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju;

    u li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar intiż għall-pubbliku ġenerali favur prodotti bijoċidali li jaqgħu taħt tipi ta’ prodotti 2 u 4, inkluż fil-grupp 1 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V ta’ dan ir-regolament, kif ukoll tipi ta’ prodotti 14 u 18, inkluż fil-grupp 3 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V tal-imsemmi regolament, meta din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata minn għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni kif ukoll tal-ambjent, li hija xierqa sabiex tiżgura t-twettiq ta’ dawn l-għanijiet u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaqhom, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju


    (1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


    Top