EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0400

Kawża T-400/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Rudolf Böckenholt (LLOYD’S)

ĠU C 262, 10.8.2020, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/37


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Rudolf Böckenholt (LLOYD’S)

(Kawża T-400/20)

(2020/C 262/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rudolf Böckenholt GmbH & Co. KG (Ostbevern, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva LLOYD’S – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 957 132

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2020 fil-Każ R 1119/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, billi ċaħdet l-appell ta’ El Corte Inglés, SA, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li parzjalment tilqa’ l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 18 381 C u tikkonferma l-invalidità parzjali tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 2 957 132 LLOYD’S (figurattiva), għal “oġġetti magħmula minn dawn il-materjali (ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda) mhux inklużi fi klassijiet oħra, eskluża l-ġilda għall-produzzjoni taż-żraben”, fil-klassi 18.

tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew partijiet avversi li jopponu dan ir-rikors.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Kontradizzjoni mad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO fil-proċedimenti R 562/2006-1, tat-23 ta’ Ottubru 2009.

Kontradizzjoni u inkonsistenza tad-deċiżjoni fir-rigward tal-argumenti li fuqhom hija bbażata u ksur tal-Artikolu 32(i) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1430.


Top