EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0290

Kawża T-290/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)

ĠU C 222, 6.7.2020, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)

(Kawża T-290/20)

(2020/C 222/44)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cermanica Flaminia SpA (Civita Castellana, l-Italja) (rappreżentanti: A. Improda u R. Arista, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ceramica Cielo SpA (Fabrica di Roma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarja tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva golean – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 270 046

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 991/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tbiddel d-deċiżjoni kkontestata;

u konsegwentement

tirrikonoxxi l-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 270 046 b’riferiment għall-prodotti kollha jew parti minnhom fil-klassi 11;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew Ceramica Cielo SpA, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, kif ukoll taż-żewġ fażijiet preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell, favur Ceramica Flaminia SpA.

Motivi invokati

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Interpretazzjoni tal-karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Nuqqas ta’ fondatezza tal-klassifikazzjoni tat-trade mark bħala slogan;

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 95(1) b’rabta mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 59(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top