Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0288

Kawża T-288/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Brillux u Daw vs Il-Kummissjoni

ĠU C 222, 6.7.2020, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/39


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Brillux u Daw vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/20)

(2020/C 222/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brillux GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) u Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 (1) sa fejn dan jikkonċerna l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tad-diossidu tat-titanju; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T 279/20, CWS Powder Coatings vs Il-Kummissjoni.


(1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU 2020, L 44, p. 1).


Top