Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0226

    Kawża T-226/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Steinel vs EUIPO (MobileHeat)

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/53


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Steinel vs EUIPO (MobileHeat)

    (Kawża T-226/20)

    (2020/C 201/67)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Steinel GmbH (Herzebrock-Clarholz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Breuer u K. Freudenstein, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni MobileHeat – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 029 162

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 2472/2019-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top