This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0194
Case T-194/20: Action brought on 27 March 2020 — JF v EUCAP Somalia
Kawża T-194/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2020 – JF vs EUCAP Somalia
Kawża T-194/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2020 – JF vs EUCAP Somalia
ĠU C 201, 15.6.2020, p. 37–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/37 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2020 – JF vs EUCAP Somalia
(Kawża T-194/20)
(2020/C 201/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: JF (rappreżentant: A. Kunst, lawyer)
Konvenuta: EUCAP Somalia (Mogadixu, Somalja)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob, fuq il-bażi ta’ rikors għal annullament (Artikolu 263 TFUE) u ta’ rikors għad-danni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali (Artikolu 268 TFUE u Artikolu 340(2) TFEU), li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Somalia tat-18 ta’ Jannar 2020 li ttemm l-impjieg tar-rikorrent; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Somalia tal-31 ta’ Jannar 2020 li tiċħad ir-rikors intern tar-rikorrent; |
— |
fuq il-bażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, tikkundanna lill-EUCAP Somalia tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali mġarrab ekwivalenti għas-salarji, remunerazzjonijiet u drittijiet (telf ta’ dħul) matul il-perijodu ta’ transizzjoni, kif stabbilit fil-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Ħruġ UE-RU”); |
— |
tordna lill-EUCAP Somalia tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali u morali mġarrab bħala riżultat tad-deċiżjonijiet illegali, evalwat b’mod provviżorju ex aequo et bono għal EUR 60 000; |
— |
tikkundanna lill-EUCAP Somalia għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent, flimkien mal-interessi ta’ 8 %. |
Sussidjarjament, ir-rikorrent jitlob, permezz ta’ talba bbażata fuq klawżola ta’ arbitraġġ prevista fl-Artikolu 272 TFEU (fil-każ li ż-żewġ deċiżjonijiet ikkontestati jiġu kkunsidrati li huma inseparabbli mill-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent) u permezz ta’ talba għal kumpens għal responsabbiltà kuntrattwali prevista fl-Artikolu 340(1) TFEU, li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara li d-deċiżjonijiet tal-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Somalia tat-18 ta’ Jannar 2020 u tal-31 ta’ Jannar 2020 huma illegali; |
— |
abbażi tar-responsabbiltà kuntrattwali, tikkundanna lill-EUCAP Somalia biex tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali u morali mġarrab kif indikat iktar ’il fuq; |
— |
tikkundanna lill-EUCAP Somalia għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent, flimkien mal-interessi ta’ 8 %. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-EUCAP Somalia tad-dritt għal smigħ, peress li r-rikorrent ma kienx instema’ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Jannar 2020 li temmet il-kuntratt tiegħu. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mill-EUCAP Somalia tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni diretta fuq il-bażi ta’ nazzjonalità, sa fejn id-deċiżjoni li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent hija bbażata fuq id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Ħruġ UE-RU, minkejja l-eżistenza ta’ perijodu ta’ transizzjoni, b’tali mod li l-membri tal-persunal bil-kuntratt Brittaniċi u dawk mhux Brittaniċi fl-EUCAP Somalia huma ttrattati differenti b’mod illegali. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur mill-EUCAP Somalia tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn l-EUCAP Somalia ttrattat lir-rikorrent b’mod differenti minn membri tal-persunal internazzjonali bil-kuntratt ta’ nazzjonalità Britannika impjegati f’missjonijiet PSDK oħra, li l-impjieg tagħhom tkompla matul il-perijodu ta’ transizzjoni, skont il-Ftehim ta’ Ħruġ UE-RU. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur mill-EUCAP Somalia tal-Ftehim ta’ Ħruġ UE-RU, sa fejn l-EUCAP Somalia injorat li d-dispożizzjonijiet dwar il-missjonijiet PSDK fir-rigward tal-membri tal-persunal internazzjonali bil-kuntratt ta’ nazzjonalità Brittanika jibqgħu japplikaw u ma jillimitawx it-tkomplija tal-impjieg ta’ tali membri tal-persunal matul il-perijodu ta’ transizzjoni. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur mill-EUCAP Somalia tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi sa fejn ingħataw garanziji lill-membri tal-persunal internazzjonali bil-kuntratt ta’ nazzjonalità Brittanika dwar it-tkomplija tal-impjieg tagħhom matul il-perijodu ta’ transizzjoni, skont il-Ftehim ta’ Ħruġ UE-RU.
Barra minn hekk, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li r-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE huwa inammissibbli, minħabba li d-deċiżjonijiet jiġu kkunsidrati li huma inseparabbli mill-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent, dan tal-aħħar jitlob li l-Qorti Ġenerali, insostenn tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, li huwa ppreżentat sussidjarjament, tibbaża ruħha fuq l-istess ħames motivi invokati. L-allegat ksur għandu jitqies li huwa ta’ natura kuntrattwali. |