Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0154

    Kawża T-154/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – IY vs Il-Parlament

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/28


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – IY vs Il-Parlament

    (Kawża T-154/20)

    (2020/C 201/39)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: IY (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    prinċipalment:

    tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti tal-4 ta’ Lulju 2019;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas ta’ kumpens ta’ EUR 20 000 għad-danni morali subiti;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż;

    sussidjarjament:

    tikkonstata l-illegalità tax-xoljiment tal-grupp politiku ENL;

    konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti tal-4 ta’ Lulju 2019;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas ta’ kumpens ta’ EUR 20 000 għad-danni morali subiti;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż;

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, prinċipalment, ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni ta’ tkeċċija, immotivata esklużivament mill-allegata dissoluzzjoni tal-grupp politiku Ewropew ENL, hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, peress li l-Parlament Ewropew uża s-setgħat tiegħu sabiex ipinġi sempliċi miżura ta’ bdil ta’ isem ta’ grupp politiku Ewropew bħala dissoluzzjoni ta’ grupp politiku.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ. Ir-rikorrenti tqis li d-dritt tagħha li tinstema’ qabel it-teħid ta’ kull deċiżjoni ta’ tkeċċija ma ġiex osservat.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, safejn il-Parlament applika proċeduri differenti lill-membri tal-persunal tal-grupp politiku allegatament xolt.

    5.

    Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta5 dmir ta’ premura.

    Sussidjarjament, ir-rikorrenti teċepixxi l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-grupp politiku Ewropew ENL. Hija ssostni li peress li d-deċiżjoni ta’ xoljiment hija illegali, peress li hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u minn użu ħażin ta’ poter, id-deċiżjoni ta’ tkeċċija, li hija bbażata esklużivament fuq dan ix-xoljiment, hija għalhekk ukoll illegali u għandha tiġi annullata.


    Top