Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0130

    Kawża T-130/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Philip Morris Products vs EUIPO (SIENNA SELECTION)

    ĠU C 175, 25.5.2020, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/29


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Philip Morris Products vs EUIPO (SIENNA SELECTION)

    (Kawża T-130/20)

    (2020/C 175/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Philip Morris Products SA (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “SIENNA SELECTION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 954 903

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 1675/2019-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top