Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0738

    Kawża T-738/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Gunju 2022 – Deutschtec GmbH vs EUIPO – Group A (HOLUX) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti tal-oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HOLUX – Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti tat-trade mark verbali HOLUX – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(a)u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 294, 1.8.2022, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Gunju 2022 – Deutschtec GmbH vs EUIPO – Group A (HOLUX)

    (Kawża T-738/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti tal-oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HOLUX - Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti tat-trade mark verbali HOLUX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(a)u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2022/C 294/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Deutschtec GmbH (Petershagen/Eggersdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Arnade, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Ivanauskas, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Group A NV (Hasselt, il-Belgju)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 223/2020-4).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Deutschtec GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


    Top