Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0535

    Kawża T-535/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Müller vs EUIPO (TIER SHOP) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TIER SHOP – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta; karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Interess ġuridiku – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 72(4) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

    ĠU C 263, 5.7.2021, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Müller vs EUIPO (TIER SHOP)

    (Kawża T-535/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TIER SHOP - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta; karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 72(4) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

    (2021/C 263/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Müller GmbH & Co. KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Mühlberger, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2600/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv TIER SHOP bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Müller GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)


    (1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


    Top