EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0301

Kawża T-301/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 – Dazju antidumping definittiv – Kalkolu tal-valur normali – Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dannu – Kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz”)

ĠU C 134, 17.4.2023, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/20) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 - Dazju antidumping definittiv - Kalkolu tal-valur normali - Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dannu - Kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz”)

(2023/C 134/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE (Ain Soukhna, l-Eġittu), Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (Ain Soukhna) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u G. Luengo, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Tech-Fab Europe eV (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann u J. Beck, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU 2020, L 108, p. 1), sa fejn dan jikkonċernahom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE u Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Tech-Fab Europe eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


Top