Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0203

    Kawża T-203/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Al-Imam vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Ħsara għar-reputazzjoni”)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Al-Imam vs Il-Kunsill

    (Kawża T-203/20) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Ħsara għar-reputazzjoni”)

    (2021/C 462/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Maher Al-Imam (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: M. Brillat, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M.-C. Cadilhac, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013, L 147, p. 14, rettifika fil-ĠU L 190, 27.7.2018, p. 20), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU 2012, L 16, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 59, ĠU L 190, 27.7.2018, p. 20), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/212 tas-17 ta’ Frar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 43 I, p. 6), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/211 tas-17 ta’ Frar 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 43 I, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża biex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba dawn l-atti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Maher Al Imam huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


    Top