EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0155

Kawża T-155/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – IZ vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Grupp politiku – Tkeċċija – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Dmir ta’ premura – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Responsabbiltà”)

ĠU C 431, 25.10.2021, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – IZ vs Il-Parlament

(Kawża T-155/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Grupp politiku - Tkeċċija - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għal smigħ - Ugwaljanza fit-trattament - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Responsabbiltà”)

(2021/C 431/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. González Argüelles u I. Lázaro Betancor, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Lulju 2019 li jtemm il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrenti allegatament sostniet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

IZ hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020


Top