Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0674

    Kawża C-674/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fl-10 ta’ Diċembru 2020 – Airbnb Ireland UC vs Région de Bruxelles-Capitale

    ĠU C 128, 12.4.2021, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 128/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fl-10 ta’ Diċembru 2020 – Airbnb Ireland UC vs Région de Bruxelles-Capitale

    (Kawża C-674/20)

    (2021/C 128/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour constitutionnelle

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Airbnb Ireland UC

    Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 1(5)(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-fornituri ta’ servizz ta’ intermedjazzjoni li għandu bħala għan, permezz ta’ pjattaforma elettronika, li jqiegħed f’kuntatt, bi ħlas, kerrejja potenzjali ma’ sidien il-kera professjonali jew mhux professjonali li joffru servizzi ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, jikkomunikaw, fuq talba bil-miktub tal-amministrazzjoni fiskali u taħt piena ta’ multa amministrattiva, “id-data tal-operatur u d-dettalji tal-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika, kif ukoll in-numru ta’ ljieli u ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni operati matul is-sena li tkun għaddiet” bl-għan li jiġu identifikati l-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika u d-dħul taxxabbli tagħhom, taqa’ taħt il-“qasam tat-tassazzjoni” u għandha, b’konsegwenza, titqies bħala li hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 1 sa 3 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva tapplika għal leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li hija deskritta fl-ewwel domanda preliminari? Jekk ikun il-każ, l-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala li japplika għal tali leġiżlazzjoni?

    3)

    L-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2003/31 għandu jiġi interpretat bħala li japplika għal leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li hija deskritta fl-ewwel domanda preliminari u bħala li jawtorizza tali leġiżlazzjoni?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.

    (2)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


    Top