This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0615
Case C-615/20: Request for a preliminary ruling from the Sąd Okręgowy w Warszawie (Poland) lodged on 18 November 2020 — Criminal proceedings against YP and Others
Kawża C-615/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-18 ta’ Novembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra YP et
Kawża C-615/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-18 ta’ Novembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra YP et
ĠU C 44, 8.2.2021, p. 27–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-18 ta’ Novembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra YP et
(Kawża C-615/20)
(2021/C 44/33)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
YP et
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u d-dritt sanċit fih għal rimedju ġudizzjarju effettiv kif ukoll id-dritt għal smigħ ġust u pubbliku tal-kawża f’terminu raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali stabbilita minn qabel bil-liġi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali stabbiliti fid-dettall fil-punti 2 u 3 ta’ dawn id-domandi, jiġifieri l-Artikolu 80 u l-Artikolu 129 tal-ustawa z dnia 27 lipca 2001 r. – Prawo o ustroju sądów powszechnych (p.u.s.p.) (il-Liġi tas-27 ta’ Lulju 2001 – Liġi dwar is-Sistema tal-Qrati Ordinarji), kif ukoll l-Artikolu 110(2a) tal-Liġi dwar is-Sistema tal-Qrati Ordinarji u l-punt 1a tal-Artikolu 27(1) tal-ustawa z dnia 8 grudnia 2017 r. o Sądzie Najwyższym (il-Liġi tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar il-Qorti Suprema), li jippermettu lill-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) tneħħi l-immunità lil imħallef u tissospendih mill-funzjonijiet tiegħu, u għaldaqstant tipproċedi bit-tneħħija effettiva tal-imħallef mit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ kawżi assenjati lilu, fejn:
|
2) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 2 TUE u l-valur tal-istat tad-dritt li jinsab fih kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li jirriżultaw mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li “d-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-sistema ta’ mezzi dixxiplinari fil-każ ta’ persuni li għandhom il-kompitu li jiġġudikaw” ikopru wkoll dispożizzjonijiet dwar il-prosekuzzjoni għal responsabbiltà kriminali jew iċ-ċaħda tal-libertà (detenzjoni) ta’ mħallef ta’ qorti nazzjonali, bħall-Aritkolu 181 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja flimkien mal-Artikolu 80 u l-Artikolu 129 tal-Liġi tas-27 ta’ Lulju 2001 – Liġi dwar is-Sistema tal-Qrati Ordinarji, li skonthom:
|
3) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet imsemmija fid-domanda 2, għandu jiġi interpretat fis-sens li dawn jipprekludu regoli ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 110(2a) tal-Liġi dwar is-Sistema tal-Qrati Ordinarji u l-punt 1a tal-Artikolu 27(1) tal-Liġi tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar il-Qorti Suprema, li skonthom il-kawżi dwar l-awtorizzazzjoni għall-prosekuzzjoni għal responsabbiltà kriminali jew iċ-ċaħda tal-libertà (detenzjoni) ta’ mħallef ta’ qorti nazzjonali jaqgħu, kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni istanza, taħt il-kompetenza esklużiva tal-korp, bħall-Awla Dixxiplinari, li jieħu inkunsiderazzjoni (b’mod individwali jew konġunt), li:
|
4) |
Fil-każ li tingħata awtorizzazzjoni għall-prosekuzzjoni għal responsabbiltà kriminali u l-imħallef jiġi sospiż milli jwettaq il-funzjonijiet tiegħu u fl-istess waqt ir-remunerazzjoni tiegħu titnaqqas għaż-żmien ta’ din is-sospensjoni, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet imsemmija fid-domanda 2 u l-prinċipji ta’ supremazija, ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4(3) TFUE u ta’ ċertezza legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-għoti ta’ saħħa vinkolanti lill-imsemmija awtorizzazzjoni, speċjalment fil-kuntest tas-sospensjoni ta’ mħallef mill-funzjonijiet tiegħu, jekk din tkun ingħatat minn korp bħalma huwa l-Awla Dixxiplinari, li fil-konfront tiegħu:
|